Wednesday, April 24, 2024

Il-Mixegħla fil-Fgura – 10,000 xemgħa u fjakkoli fil-lejla ta’ Ħamis ix-Xirka

Aqra wkoll

Mixegħla kbira ta’ xemgħat u rappreżentazzjoni ħajja fil-Fgura llejla fis-7:30pm waqt il-Viżti tas-Sagrament, il-Kunsill Lokali tal-Fgura permezz tas-Sezzjoni Kulturali u mal-Kummissjoni Festa Esterna se jkunu qegħdin jorganizzaw mixegħla kbira ta’ xemgħat li testendi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja sat-triq prinċipali u Triq il-Karmelitani.

Din il-mixegħla se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-mixegħla se tkun parti wkoll minn tentattiv ta’ rekord nazzjonali ta’ xemgħat armati

Fit-8:00pm imbagħad fil-maħżen tal-armar ta’ Triq il-Karmelitani, se ssir ir- rappreżentazzjoni ħajja bl-isem, ‘Maħfra’. Din se tittella’ kull nofsiegħa u d-dħul huwa b’xejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport