Thursday, December 26, 2024

Il-MPE Daniel Attard iniedi Programm għaż-Żgħażagħ biex jesperjenzaw il-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard qed jistieden żgħażagħ dinamiċi biex iżuru u jesperjenzaw il-Parlament Ewropew mill-qrib, daqs li kieku kienu MPEs.

B’kollaborazzjoni mall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew u mal-għaqda studenteska Pulse, dan il-programm joffri opportunità unika liż-żgħażagħ progressivi biex iqattgħu ġimgħa ma’ Daniel Attard u jidħlu fil-qalba tal-ħidma Parlamentari fi Brussell u fi Strasburgu.

L-għan tal-programm mhuwiex li joffri sempliċiment żjara, imma pjattaforma biex iż-żgħażagħ jipparteċipaw f’diskussjonijiet, jaqsmu l-ideat u flimkien mal-MPE Daniel Attard jirrappreżentaw lil Malta u Għawdex fl-Ewropa.

L-inizjattiva hija miftuħa għal żgħażagħ fl-età ta’ bejn it-18 u l-35 sena u li għandhom interess f’oqsma tal-politika Ewropea bħat-trasport, it-turiżmu, it-teknoloġija, l-enerġija, u l-iżvilupp reġjonali.

Il-parteċipanti prospettivi jistgħu japplikaw permezz tal-portal danielattard.com/observation-visits/

Ekonomija

Sport