Sunday, December 29, 2024

Il-MPE Josianne Cutajar tirrappreżenta lill-Parlament Ewropew f’laqgħat f’Ischia u Napli

Tkompli bl-impenn tagħha favur il-konnettività għall-gżejjer Ewropej

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa il-MPE Josianne Cutajar irrappreżentat lill-Parlament Ewropew bħala parti minn delegazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) f’diversi laqgħat u żjarat f’Napli u l-gżira ta’ Ischia, fl-Italja. Id-delegazzjoni iltaqgħet ma’ diversi partijiet ikkonċernati, awtoritajiet lokali, rappreżentanti istituzzjonali, u Sindki, b’enfasi fuq l-importanza tat-trasport u t-turiżmu sostenibbli, bl-għan li d-delegazzjoni tifhem aħjar l-isfidi, imma wkoll il-prattiċi pożittivi li jistgħu jiġu applikati. Matul din iż-żjara Dr Cutajar kompliet tibni fuq l-impenn sod tagħha biex tiġi aċċertata konnettività robusta u affordabbli, minn u lejn il-gżejjer Ewropej.

F’dan il-kuntest, il-MPE Josianne Cutajar spjegat li hi kburija li mexxiet b’suċċess għadd ta’ emendi fir-rigward tar-Regolament dwar il-fjuwils sostenibbli fil-qasam marittimu, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-gżejjer żgħar bħal Għawdex u Ischia, li permezz tagħhom dawn il-gżejjer se jiġu pprovduti b’aktar żmien biex jimplimentaw b’suċċess il-miri ambjentali li qed jitressqu ’l quddiem mill-Unjoni Ewropea. Eżempju ewlieni hu li l-vapuri tal-passiġġieri li jidħlu f’portijiet li jservu gżejjer b’inqas minn 200,000 abitant se jkunu eżenti milli japplikaw għadd ta’ miri ġodda sa Diċembru tal-2029, u dan peress li dawn il-gżejjer jiddependu fuq il-konnettività bil-baħar mal-kontinent, jew fil-każ tagħna mal-gżira ewlenija ta’ Malta.

B’kummenti dwar din iż-żjara, Dr Josianne Cutajar qalet li kemm Ischia kif ukoll Għawdex, minkejja l-karatteristiċi uniċi tagħhom, għandhom aspetti komuni:  it-tnejn jiddependu fuq it-turiżmu, kif ukoll fuq it-trasport u l-konnettività bil-baħar. “Minkejja l-isfidi inerenti li jiffaċċjaw dawn il-gżejjer, ir-residenti tagħhom u n-negozji li joperaw minnhom, sfidi li ġew rikonoxxuti fir-Rapport dwar il-Gżejjer li nnegozjajt għan-nom tas-Soċjalisti, hu essenzjali li nżidu l-isforzi komuni tagħna; sforzi li, permezz ta’ għajnuna u kunsiderazzjonijiet speċifiċi, għandhom il-potenzjal li jsawru l-wirt Mediterranju tagħna, mhux biss b’mod sostenibbli, iżda wkoll b’mod li jippermetti lill-komunitajiet tagħna jirnexxu” saħqet Cutajar.

F’dan il-kuntest, il-MPE Josianne Cutajar spjegat li hi kburija li mexxiet b’suċċess għadd ta’ emendi fir-rigward tar-Regolament dwar il-fjuwils sostenibbli fil-qasam marittimu, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-gżejjer żgħar bħal Għawdex u Ischia, li permezz tagħhom dawn il-gżejjer se jiġu pprovduti b’aktar żmien biex jimplimentaw b’suċċess il-miri ambjentali li qed jitressqu ’l quddiem mill-Unjoni Ewropea. Eżempju ewlieni hu li l-vapuri tal-passiġġieri li jidħlu f’portijiet li jservu gżejjer b’inqas minn 200,000 abitant se jkunu eżenti milli japplikaw għadd ta’ miri ġodda sa Diċembru tal-2029, u dan peress li dawn il-gżejjer jiddependu fuq il-konnettività bil-baħar mal-kontinent, jew fil-każ tagħna mal-gżira ewlenija ta’ Malta.

Lejn tmiem iż-żjara, Dr Cutajar irriflettiet dwar fatturi komuni li jgħaqqdu lill-gżejjer Ewro-Mediterranji, bħal Malta, Għawdex u Ischia: “Aħna mhux biss ġirien fil-baħar Mediterran iżda wkoll sħab b’responsabbiltà li nippreservawh għall-ġenerazzjonijiet futuri.”

Ekonomija

Sport