Wednesday, March 27, 2024

“Il-Mulej qatgħalna fjura​ fost blanzuni l-aktar sbieħ”

- Tikteb dan l-infermiera Rose Bugeja fil-poeżija tagħha

Aqra wkoll

“Il-Mulej qatgħalna fjura​ fost blanzuni l-aktar sbieħ”. Hekk bdiet biex tiddeskrivi lil Charlize, Rose Bugeja fil-poeżija tagħha. Rose hija infermiera li taħdem fis-sezzjoni tar-Rainbow Ward u mill-poeżija li kitbet biex tfakkar il-memorja ta’ Charlize jidher biċ-ċar li kienet tafha mill-qrib.

Charlize Agius hija t-tfajla li tilfet ħajjitha jumejn ilu u li iktar kmieni dalgħodu ngħatatilha l-aħħar tislima fil-Knisja ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Rose kompliet tiddeskrivi lil Charlize bħala tfajla bil-għaqal, b’karattru sabiħ u li dejjem taħseb f’ħaddieħor.

L-infermiera għalqet il-poeżija tagħha billi sostniet li Charlize mhi se tintesa qatt minn dawk li kienu qrib tagħha: “Għad-dinja int mitmuma imma żgur li mhux għalina; int ġo qalbna qed miżmuma”. 

Ekonomija

Sport