Wednesday, April 24, 2024

“Il-pandemija li jmiss tista’ tkun aktar letali mill-Covid-19”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Professur Dame Sarah Gilbert; waħda mill-persuni involuti biex seta’ jinħoloq il-vaċċin tal-Astra-Zeneca, wissiet li l-pandemiji tal-futur jistgħu jkunu letali aktar mill-pandemija tal-Covid-19.

Hija żiedet tgħid waqt konferenza li hemm bżonn li jkun hawn aktar iffinanzjar sabiex nipprvjenu milli jintilef dak kollu li ksibna s’issa.

Il-Professur tkellmet ukoll dwar l-aħħar varjant u wissiet li l-vaċċini li hawn jistgħu ma jkunux daqstant effettivi kontra l-Omicron. Dame Sarah tenniet li n-nies għandhom ikunu aktar attenti fl-azzjonijiet tagħhom b’mod speċjali sakemm ikun hawn aktar informazzjoni dwar il-periklu ta’ dan il-varjant.

“Din mhijiex se tkun l-aħħar darba li virus jheddidna b’ħajjitna u l-għajxien tagħna. Il-verità hija li l-virus li jmiss jista’ jkun agħar minn dan. Jista’ jagħti l-każ li jkun jittieħed aktar, aktar letali, jew it-tnejn f’daqqa”, spjegat tgħid il-Professur.

Sport