Saturday, May 4, 2024

Jifhmu li għadna f’nofs pandemija iżda jħossu li l-protokolli għandhom jinbidlu

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni b’rabta mal-festi u t-triq ‘l quddiem għas-sajf li ġej, għadha imdendla u dan hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa baqgħu ma ltaqgħux mal-Għaqda Każini tal-Baned biex jibdew diskussjonijiet bl-għan li jiġu rranġati l-protokolli marbutin mal-Covid19 u li permezz t’hekk ikunu jistgħu isiru iċ-ċelebrazzjonijiet.

Talk.mt tinsab infurmata li waqt li fl-aħħar jiem sar saret laqgħa bejn rappreżentanti tal-Għaqda Każini tal-Baned u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, li kienet deskritta bħala ‘kordjali ħafna’, jidher li l-awtoritajiet tas-saħħa baqgħu ma ffissaw l-ebda data ta’ laqgħa.

Informazzjoni li ngħatat lil Talk.mt tgħid li “aħna mhu qed nimponu xejn. Nixtiequ li ssir laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Għaqda Każini tal-Baned biex is-soċjetajiet jaraw x’se tkun it-triq ‘l quddiem. Mhux ngħidu li għandha ssir festa kif kienet qabel. Nafu li għandna f’pandemija imma nħossu li hemm lok li l-protokolli jinbidlu. Qed ngħidu dan għax qed naraw attivitajiet kbar b’ammont kbir ta’ nies. Saru attivitajiet li għalihom attendew mijiet. Hemm attivitajiet ippjanati li għalihom se jattendu eluf. B’kuntrast imma ma nagħmlux il-purċissjoni bil-bambin tal-Milied. Din kontradizzjoni. Nemmnu li hemm lok li l-potokolli jinbidlu.”

Brian Bonniċi, attivist favur il-festi iddikjara fuq is-sit soċjali tiegħu b’rabta mal-purċissjoni bil-bambin bħala “deċiżjoni bla sens. Issa missejna l-qiegħ. Qed ixxekklu dak kollu li hu wirt reliġjuż. Inroddu ħajr lil min se jibqa’ jwebbes rasu għax hu insensibbli. Għad tibqgħu imfakkrin bħala dawk li qridtu l-volontarjat u l-kultura li ilha ġejja mijiet ta’ snin. Ħaqqkom Ġieħ ir-Republika. Protesti fil-Belt iva, ‘fun run’ iva, postijiet tad-divertiment iva, grounds tal-football iva u din le. Allura għalfejn il-maskla, il-vaċċin u l-booster? Fejn hi l-libertà ta’ l-espressjoni? Nibża’ li hemm pjan minsuġ biex insiru soċjetà iżjed liberali fejn neqirdu kull ħjiel ta’ twemmin Nisrani fuq l-istess passi ta’ l-Unjoni Ewropea. Napprezzaw li dawk il-politiċi u kulmin iħoss il-polz tagħna jitkellem”.

Intant mitluba reazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa, ġejna infurmati li fil-mument b’każi tal-Covid19 jerfgħu rashom, trid tinżamm il-kawtela. Huma spjegaw ukoll li ninsabu fil-mument fejn għadd ta’ tilqim wasal lejn l-aħħar f’dik li hi effettività u għalhekk kull pass irid ikun meqjus.

Sport