Wednesday, May 7, 2025

“Il-Papa għalija huwa qaddis li għallimna l-kuraġġ għax qatt ma’ qata qalbu”- Il-kantant Kyran Bonello

Aqra wkoll

Strieħ fis-sliem għażiż Papa Frangisku. Jekk ma ssirx qaddis f’ din id-dinja ninsab fiċ-ċert li fil-ġenna tinsab fejn il-ħallieq tal-ġid li għamilt f’ din il-ħajja inti diġa qaddis. 

Dan iddikjarah Kyran Bonello, iż-żagħżugħ Malti li rebaħ Malta’s Got Talent u kellu wkoll l-opportunità li jkanta quddiem il-Papa Franġisku.

Bonello qal ukoll; “Kull papa jagħmel il-ġid għax biex tkun Papa mhux xi ħaġa faċli żgur lanqas biex tkun qassis jew kappillan tal-parroċċa mhux faċli aħseb u wara tkun papa”

Irrimarka kif li ta’ tmienja u tmenin sena mhux ċajta tmexxi l-Vatikan lanqas meta’ tkun iżgħar aħseb. L-aħħar ftit jiem ta’ ħajtu ngħidu l-verità kien jidher li kien qiegħed ħażin iżda xorta iddeċieda li jibqa’ Papa

Tenna; “X’messaġġ enormi ta dan il-Papa li għalija diġà qaddis li għallimna l-ubidjenza u l-kuraġġ inkredibbli li kellu li ma jaqtax qalbu u baqa’ għaddej”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport