Friday, May 3, 2024

Il-Papa jikkundanna l-kilba għall-flus u l-poter f’lejlet il-Milied

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku kkundanna l-“kilba għall-flus u l-poter” f’dik li ġiet meqjusa bħala rrefera għall-gwerra fl-Ukrajna u kunflitti oħra. Huwa ddikjara dan waqt li kien qed jindirizza lil dawk li attendew għall-quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Belt tal-Vatikan.

Franġisku, ta’ 86 sena, daħal fil-knisja b’siġġu tar-roti, u għal ħafna mill-quddiesa tas-Sibt filgħaxija huwa deher bilqiegħda.

“Kemm gwerer rajna!” qal Franġisku waqt li żied li l-vittmi ewlenin kienu dawkl l-iżjed dgħajfa u l-vulnerabbli”. “Naħseb fuq kollox fit-tfal li jinbelgħu mill-gwerra, il-faqar u l-inġustizzja,” żied jgħid il-pontifikat.

Huwa ma semmiex speċifikament il-gwerra Russa-Ukrajna matul is-servizz. Madanakollu matul l-istadji bikrija tal-invażjoni sħiħa tar-Russja mnedija fl-24 ta’ Frar, il-pontifikat Arġentin kien ikkritikat ħafna fl-Ukrajna għall-kummenti kawti tiegħu mingħajr ma waħħal fir-Russja direttament. F’Ġunju, huwa ssuġġerixxa li l-gwerra kienet “b’xi mod jew ipprovokata jew mhux evitata”. Iżda l-Papa aktar tard ikkundanna dawk li ddeskriva bħala atroċitajiet imwettqa mit-truppi Russi.

Sport