Tuesday, October 1, 2024

Il-partit ABBA jinsisti li l-protesta tal-lbieraħ kienet waħda paċifika

Aqra wkoll

Fi stqarrija mibgħutha mill-partit ABBA, il-partit insista li l-protesta tiegħu dwar it-tfigħ tal-bajd tal-bieraħ kienet waħda paċifika.

Ivan Grech Mintoff stqarr; “Kif jidher ċar fil-filmat, kont faċilment insibu lil Robert Abela li faċilment seta’ jkun miksi bil-bajd jekk ridna. Minflok, intefgħu l-bajd f’saqajh bħala ġest ta’ repulsjoni filwaqt li jibgħatlu messaġġ ċar ħafna: Tieqaf tigdeb lill-poplu Malti u ibda tagħmel ir-rieda tal-poplu”..

Temm jgħidu; “Nistennew li jaċċetta l-istedina edukata tagħna għal dibattitu pubbliku jew inkella ma jkollna l-ebda għażla ħlief li nieħdu aktar passi biex nerġgħu lura xi dinjità reali u ordni tant meħtieġa lil pajjiżna”.

Sport