Saturday, December 21, 2024

“Il-PL mhux se jieħu lezzjonijiet dwar l-inflazzjoni minn PN li dejjem xeħet il-piżijiet fuq in-nies”- Il-PL

Aqra wkoll

“It-track record tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern huwa li r-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna fi żmienu kienet ogħla sew minn dik fiż-Żona Ewro. B’kuntrast taħt amministrazzjonijiet Laburisti, ir-rata kienet taħt il-medja Ewropea. Ir-raġuni wara din id-differenza hija li l-istess amministrazzjonijiet Laburisti aġixxew mal-ewwel biex inaqqsu l-piżijiet minn fuq in-nies mentri dawk ta’ qabel l-2013 kienu jgħollu l-kontijiet tal-fjuwil u elettriku bil-qalbtant li kienu jgħolew ferm aktar minn dak li kien jiġri madwar l-UE”.⁠

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, fejn irrimarkat li r-realtà hija li minkejja l-isfidi internazzjonali kbar, illum ir-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna hija kważi n-nofs ta’ dik li kienet taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.⁠ Intqal ukoll li qabel il-ftehim Stabbiltà, l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-ikel kienet ogħla mill-medja Ewropea.

Ingħad ukoll li dan waqaf malli daħal dan il-ftehim fis-seħħ, tant li fl-aħħar pubblikazzjoni tal-Bank Ċentrali kien osservat li b’kollox il-prezzijiet tal-ikel naqsu b madwar 2%.⁠ Fil-fatt, l-aħħar statistika tal-Eurostat tindika li r-rata tal-inflazzjoni fiż-Żona Ewro kienet ogħla minn dik ta’ Malta filwaqt li qabel il-ftehim Stabbilà dan ma kienx il-każ.

Dwar dan, il-PL kompla jgħid; “Dan jindika li mhu veru xejn dak li qed jgħid il-PN li t-tnaqqis f Malta kien inqas minn dak fl-Ewropa. Din ma hijiex sorpriża għaliex din hija tattika li l-PN juża kull meta Gvern Laburista jagħżel li jnaqqas il-piżijiet minn fuq in-nies”.

B’referenza għall-partit innifsu fil-Gvern, dan żied il-paga minima, meta raħħas il-kontijiet, meta ta sussidji fuq il-qamħ u ċ-ċereali u meta kompla jnaqqas it-taxxi fost oħrajn. 

Tenna li lil hinn minn dawn l-attakki, minn min ma jistax jagħti lezzjonijiet fuq għajnuniet soċjali, Gvern Laburista se jkompli jara li jtaffi l-piż tal-għoli tal-ħajja, b’miżuri sostenibbli u konkreti, bil-għan li jkompli jtejjeb l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Ekonomija

Sport