Monday, May 20, 2024

Il-PM Awstraljan f’laqgħa mal-President Ċiniż f’Beijing

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese u l-President Ċiniż Xi Jinping iltaqgħu f’Beijing għal laqgħa bilaterali.

Albanese, li wasal f’Shanghai matul il-jum tas-Sibt, se jkun l-ewwel mexxej Awstraljan li żar liċ-Ċina mill-2016.

Din iż-żjara hija meqjusa bħala waħda importanti fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom, wara sensiela ta’ tilwim kummerċjali u ta’ sigurtà.

Il-kummerċ mistenni li jkun fuq nett tal-aġenda, b’Albanese qed jitlob għat-tneħħija tat-tariffi Ċiniżi fuq il-merkanzija Awstraljana. 

Min-naħa tiegħu, il-President Ċiniż huwa mistenni li jitlob għal aktar aċċess f’settur ewlenin Awstraljani.

“Dak li għedt huwa li jeħtieġ li nikkoperaw maċ-Ċina fejn nistgħu, ma naqblux fejn ikun hemm bżonn u naħdmu favur l-interess nazzjonali tagħna,” qal Albanese fil-kummenti tiegħu lill-ġurnalisti ftit qabel il-laqgħa. 

Mistoq si jekk l-Awstralja tistax “tafda” liċ-Ċina, Albanese qal li l-impenji passati tiegħu mas-Sur Xi kienu “pożittivi” u “kostruttivi”. Huwa nnota li għalkemm iż-żewġ pajjiżi kellhom sistemi politiċi differenti, il-komunikazzjoni ta’ bejnu u bejn il-president tissuġġerixxi li huwa raġel tal-kelma.

Sport