Saturday, May 4, 2024

Sirjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 18-il sena residenti Birkirkara, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.

Il-Pulizija qalu fi stqarrija li l-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-3.00pm, fi Triq Ġużeppi Grech, Marsaxlokk.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ: Persuna taqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Marsaxlokk

Persuna li sa issa l-identitá tagħha għadha mhix magħrufa waqgħet f’sit ta’ kostruzzjoni f’Marsaxlokk. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15 p.m fi Triq Lepanto.

Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn kelliem għall-Pulizija, li qal li fuq il-post hemm numru ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku, ambulanza u Pulizija

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej….

Sport