Wednesday, April 24, 2024

Il-PM f’laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-OECD f’Pariġi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-impenji tal-Prim Ministru Robert Abela f’Pariġi dalgħodu bdew b’laqgħa bilaterali mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, l-OECD, Mathias Cormann.

Fost suġġetti oħra huma tkellmu dwar l-isfidi tal-pandemija u sfidi oħra komuni bħat-tibdil fil-klima li jeħtieġ jiġu indirizzati.

Il-Prim Ministru esprima r-rieda li pajjiżna jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-OECD fid-dawl tar-riformi li wettaq bil-għan li jissaħħu l-istituzzjonijiet Maltin, il-governanza u s-saltna tad-dritt.

Is-Segretarju Ġenerali Cormann laqa’ l-interess ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-OECD u qal li jħares ‘il quddiem li jkompli bil-kooperazzjoni u d-djalogu.

Sport