Tuesday, December 24, 2024

Il-PM f’Pariġi għar-raba’ edizzjoni tal-Paris Peace Forum

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab ġewwa Pariġi għar-raba’ edizzjoni tal-Paris Peace Forum.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Dr Abela qal li dan l-avveniment li jġib flimkien mexxejja minn madwar id-dinja joffri pjattaforma biex jiġu indirizzati temi ta’ importanza għall-komunità internazzjonali. 

Żied jgħid li fost it-temi prinċipali ta’ din is-sena hemm il-ġlieda kontra l-pandemija, l-ugwaljanza, fake news u t-theddid kontra l-ġurnalisti.

Ekonomija

Sport