Thursday, August 13, 2026
Home Internazzjonali Il-PM Ingliż laqqa’ l-kumitat ta’ emerġenza dwar il-mewġa ta’ sħana

Il-PM Ingliż laqqa’ l-kumitat ta’ emerġenza dwar il-mewġa ta’ sħana

0
14

Is-sħana qed tagħmel tagħha bis-sħiħ fir-Reju Unit tant li wasslet lill-Prim Ministru Andy Burnham, biex ilbieraħ waranofsinhar laqqa’ l-kumitat tal-gvern għall-emerġenzi, magħruf bħala Cobra, b’reazzjoni għas-sħana estrema li qed tagħmel, li kkawżat nirien mifruxa u wasslet ukoll biex il-pajjiż jiffaċċja nixfa.

Il-Prim Ministru Burnham qed jiltaqa’ ma’ ministri, uffiċjali u aġenziji hekk kif it-temperaturi għoljin qed ikomplu madwar ir-Renju Unit, b’temperaturi li saħansitra jlaħħqu 38° grad ċentigradi.

Għal-laqgħa tal-Cobra attendew ministri mid-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali (Defra), mill-Ministeru tal-Intern (Home Office) u mid-Dipartiment tas-Saħħa. Kienet preżenti wkoll l-Aġenzija għall-Ambjent.

Din kienet it-tieni laqgħa tal-kumitat Cobra din is-sena dwar il-mewġiet tas-sħana, bl-ewwel laqgħa waħda simili srwet waqt il-perjodu ta’ temperaturi għoljin f’Ġnju. Nhar it-Tlieta, il-kap ta’ unjin tal-pompieri wissa li l-pajjiż qed jiffaċċja ‘emerġenza nazzjonali’ bin-nirien kontinwi.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, ir-Renju Unit jinsab riesaq lejn l-aktar sajf sħun li qatt ġie rreġistrat fl-istorja, hekk kif partijiet tal-pajjiż qed jiffaċċjaw il-ħames mewġa ta’ sħana dan is-sajf.

Twissijiet rari ta’ ‘sħana estrema’ nħarġu mill-bassara tat-temp għal Londra u partijiet tax-Xlokk tal-Ingilterra, East Midlands, East of England, West Midlands u South Yorkshire. 

F’din is-sitwazzjoni, il-Gvern ħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti attenzjoni xierqa lit-twissijiet tas-saħħa li jinħarġu mill-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit, u ta parir lin-nies biex jixorbu ħafna ilma u jiċċekkjaw mal-familja, ħbieb u ġirien li jistgħu jkunu f’riskju għoli.

Sa issa, il-pumpiera diġa ntervjenew f’966 każ ta’ nirien fil-beraħ madwar l-Ingilterra u Wales din is-sena, inklużi 185 fl-ewwel għaxart ijiem ta’ Awwissu biss, filwaqt li Lulju kien l-aktar xahar impenjattiv li qatt ġie rreġistrat għal dan it-tip ta’ nirien b’458 inċident, skont in-National Fire Chiefs Council (NFCC).

Timijiet mis-Servizz tat-Tifi tan-Nar u s-Salvataġġ ta’ Hampshire u l-Isle of Wight ħadmu biex jitfu nar fiż-żona ta’ New Forest, li beda wara li vann ħa n-nar fuq it-triq A31 qrib Ringwood nhar il-Ħadd. Skont l-Awtorità tal-Park Nazzjonali ta’ New Forest, iż-żona milquta minn dan in-nar hija art tal-ħaxix protetta u tospita għadd ta’ speċi rari.

Il-Gvern ħabbar finanzjament ġdid ta’ £97 miljun biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali tat-tifi tan-nar, inkluż permezz ta’ vetturi għal terreni diffiċli u tagħmir speċjalizzat.

Kważi tliet kwarti tal-Ingilterra u Wales kollha qed jesperjenzaw nixfa, hekk kif ix-xahar ta’ Lulju kien rekord fin-nuqqas ta’ xita u bidu ta’ Awwissu niexef ħafna, li flimkien ma’ temperaturi għoljin, poġġew pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here