Il-ġimgħa li għaddiet, ktibt artiklu dwar l-Att tad-Dazju fuq Dokumenti u Trasferimenti għal proprjetajiet li x-xerrejja onesti, speċjalment dawk li qed jixtru għall-ewwel darba, jakkwistaw u sussegwentement iħallsu tariffi addizzjonali għalihom. Ir-rispons kien tajjeb ħafna. Nista’ ngħidilkom li, fuq il-midja soċjali tiegħi biss, l-artiklu rawh madwar 40,000 ruħ.
Meta wieħed iqis li lartiklu hu bil-Ingliż u li qed nilħaq dawn iċ-ċifri f’perjodu meta ħafna nies suppost huma f’burdata ta’ btajjel, ifisser xi ħaġa. Dan hu l-istess mudell li osservajt qabel l-elezzjoni ġenerali meta kont nikteb dwar kwistjonijiet kurrenti u noffri soluzzjonijiet alternattivi b’umiltà biex nindirizzaw ċertu problemi. In-nies kienu qed isegwu millqrib dak li kont nikteb.
Xi ħaġa differenti kienet qed tiġri fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni. Nifhem li nirċievi messaġġi t’inkoraġġiment mingħand partitarji Laburisti biex nissottometti ismi għall-elezzjoni ġenerali mal-PL. Madankollu, kien hemm ukoll partitarji tal-PN li talbuni nikkunsidra li nissottometti ismi għall-elezzjoni ġenerali mal-PL. Kultant dan hu diffiċli biex tispjegah u konfuż. Imma fhimt il-punt. Ma rċevejtx biss ftit messaġġi. Diversi persuni saħansitra tawni nnumri ċellulari tagħhom biex nibqgħu f’kuntatt.
Forsi qed tistaqsu għaliex qed nikteb dan l-artiklu, li jista’ ma jkollu x’jaqsam xejn mat-titlu. Nasal għall-punt aktar tard. Minbarra l-messaġġi li nirċievi permezz tal-midja soċjali, niltaqa’ wkoll mannies fuq ilpost, fil-festa tal-lokal, u f’avvenimenti oħra, anke żjarat fid-dar. L-istess mudell qed nosservah meta n-nies jitkellmu miegħi. Ħafna jgħiduli li jsegwu dak li nikteb, kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll fil-ġurnali lokali, għax żammejt argumenti konsistenti matul dawn l-erba’ snin. Wieħed minnhom saħansitra qalli li jien mhux bħal ħaddieħor, u li l-marka tiegħi hi distinta minn oħrajn.
Ma fhimtux. Imma qalli li raġuni hi li meta nikteb dwar xi ħaġa, nikkritika b’mod kostruttiv mingħajr ma nagħmel ħsara lil ħadd, u nipprova noffri soluzzjonijiet b’umiltà. Forsi għalhekk ġejt elett. Innies ivvutaw għalija għax riedu konsistenza, kif ukoll lil xi ħadd li ma jċedix taħt pressjoni.
Issa, meta nitkellem dwar il-konsistenza, kif tiftakru, dejjem għidt li t-tkabbir ekonomiku mhuwiex il-problema. Il-problema, kif toħroġ, hi dik tal-ippjanar u limplimentazzjoni u l-kwalità tat-tkabbir ekonomiku. U din mhix sintomatika talgvern Laburista. Dejjem kienet, u se teħtieġ kuraġġ ta’ sur biex tinbidel, inkluż prinċipji maqbula bejn iż-żewġ partiti li għandhom ikunu inalienabbli, min ikun fil-gvern. Eżempju ċar hu l-ambjent. Dak li rridu nagħmlu hu li nżidu ssuperviżjoni sabiex ma nħallux kundizzjonijiet kaotiċi jkomplu jwardu. Barra minn hekk, għandna sitwazzjonijiet fejn hawn aktar nies fuq dawn il-gżejjer mhux biss b’mod permanenti iżda wkoll b’mod staġonali. Fil-fatt, dawk li jiktbu dwar ittkabbir ekonomiku ma jifhmux l-effetti pożittivi sottostanti. Sfortunatament, ħafna minn dawk li jiktbu u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom mhumiex ekonomisti.
Artiklu miktub minn avukat jew tabib ma jagħtix irraġunijiet għaliex it-tkabbir hu ħażin. Huma jargumentaw li ttkabbir mhux qed jagħti rriżultati mistennija. L-ewwel nett, irridu naraw x’riżultati qed jirreferu għalihom. Ħalli nispjega. Il-punt tat-tluq irid ikun ilftehim li l-metriċi pprovduti universalment, u dawk użati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, huma r-ratio taddejnma l-Prodott Domestiku Gross u ddefiċit malistess Prodott Domestiku Gross. Filfatt, hemm indiċi oħra, iżda l-punt tattluq hu ttkabbir ekonomiku. Għax iktar ma jkun baxx id-denominatur, iktar ikun kbir ir-ratio, u għalhekk għaliex għandna bżonn it-tkabbir ekonomiku.
Issa, jekk it-tkabbir ekonomiku jfisser li jkollna aktar turisti, aktar postijiet u servizzi fir-ristoranti u l-lukandi tagħna, u aktar nies jgħixu hawn biex iservu l-isptarijiet u l-kura medika tagħna, allura rridu nimmaniġġjaw il-pajjiż bi preċiżjoni kbira, mingħajr ma nnaqqsu ttkabbir ekonomiku. U dan ifisser li kull ma nagħmlu għandu jkun effiċjenti operattivament u jista’ jiġi implimentat. Għadnan nikkastiga b’mod qawwi lil dawk li ma jikkonformawx marregolamenti attwali sabiex jintuża bħala deterrent. Ma nistgħux nirrilassaw, u ma nistgħux nibdew diskors politiku li jagħmel ħsara aktar milli jgħin fil-faċilitazzjoni tax-xogħol tagħna ta’ kuljum. Prosit lil dawk involuti fl-żieda tal-multi fuq il-post.
Barra minn hekk, irridu nifhmu li nnies verament qed jiġġeneraw dħul. L-unika problema li għandna hi li d-diskors politiku hu wieħed fejn il-politiċi jew qed jaħbu l-affarijiet għax ma jridux jirfsu kallijiet u fl-istess ħin, l-oppożizzjoni tħeġġeġ u tferrex narrattiva li ma tpinġix irrealtà. Fil-fatt, għandna sitwazzjoni fejn xi żoni jeħtieġu protokolli stretti. U hawn irrid infaħħar lill-Ministru Glenn Bedingfield għax-xogħol tajjeb li qed jagħmel f’diversi żoni f’Malta, inkluż iż-żieda fis-superviżjoni fid-disa’ u l-għaxar distretti, li kellhom bżonn bil-kbir il-multi fuq il-post u ssospensjoni tal-liċenzji ta’ akkomodazzjoni ta’ dawk li ma jikkonformawx marregolamenti u jtellfu ż-żoni residenzjali. Distretti oħra huma affettwati wkoll.
Żgur, ittkabbir ekonomiku hu tajjeb hekk kif il-pajjiż javvanza. Barra minn hekk, aħna l-ekonomisti nistinkaw biex naqsmu lġid b’mod aktar ġust, u naħsbu wkoll f’dawk li verament għandhom bżonn. Dak li jeħtieġ isir hu ddistribuzzjoni t-tajba tal-ġid, u dan hu argument separat mit-tkabbir ekonomiku, għalkemm intrinsikament marbut. U l-problema li għandna bħalissa hi li xi attivitajiet ekonomiċi verament qed jagħmlu ħsara lill-kwalità tal-ħajja ta’ xi residenti, mhux l-inqas l-iżvilupp żejjed. Diġà għedt dan f’artiklu preċedenti. Ma nifhimx irraġuni għaliex munzelli ta’ skart tal-kostruzzjoni għandhom joqogħdu ħdejn uffiċċju u żona residenzjali. Munzelli ta’ skart tal-kostruzzjoni qed jinbtu kull fejn tħares. Ill-ivell ta’ tniġġis u l-konsegwenzi tiegħu, inkluż arja ħażina, laħqu livell li għandu jkun ikkontrollat b’saħħa. U dan hu għaliex dawk li ma jifhmux x’iġib miegħu ttkabbir qed jgħaqqdu kollox mattkabbir ekonomiku, minflok massettur innifsu, innuqqas ta’ implimentazzjoni, ilpolitiki laxki, u tturisti żgħażagħ imqareb u l-kawlità tat-tkabbir.
Irridu nżidu l-kontroll u nżidu lpieni, kif sar, u jekk hemm bżonn, nimpjegaw aktar riżorsi umani fejn meħtieġ. Dak ikun xogħol verament produttiv!




