Wednesday, March 27, 2024

Il-PM isellem lil Muscat f’għeluq sninu waqt li jitkellem dwar ħidma kontinwa ta’ gvern PL

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jitkellem f’attività politika fiċ-Ċentru Laburista fiż-Żejtun, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar kif dan il-gvern se jkun qiegħed jkompli jwettaq ir-riformi skont il-wegħda tiegħu fl-aħħar manifest elettorali.

Abela tkellem dwar diversi sfidi ta’ gvern Laburista fosthom dik ewlenija tal-2020 biex sar in-negozjar ta’ budget ġdid ewropew lura fl-2020.

Filwaqt li sellem lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat f’għeluq sninu, Abela qal li ftit snin wara, fl-2013, bis-saħħa ta’ gvern immexxi minn Muscat irnexxielu jaħdem biex jaqleb il-folja ta’ rata ta’ qgħad kbira u ekonomija staġnata lejn waħda li bdiet tiġri ’l quddiem. Fakkar li meta gvern Laburista reġa’ ġie biex jinnegozja għal pakkett ieħor fl-2020, anke minħabba li seta’ jippreżenta dawn il-kisbiet fin-negozjati, pajjiżna rnexxielu jikseb l-ikbar pakkett ta’ Fondi Ewropej f’valur ta’ €2.1 miljun għall-perjodu 2021-2027.

Ekonomija

Sport