Monday, April 22, 2024

Jeremy Renner fiduċjuż li l-għadam kollu li kiser se jagħqad bħall-imħabba ta’ familtu

Aqra wkoll

L-attur ta’ Hollywood Jeremy Renner qal li sofra ksur f’aktar minn 30 għadma minn ġismu wara li fl-ewwel jum tas-sena ttajjar minn vettura li tneħħi s-silġ.

Waqt li kien qiegħed jaġġorna lis-segwaċi tiegħu, l-attur qal li r-rutina tiegħu u r-riżoluzzjonijiet li kellu għal din is-sena kellu jdawwarhom kollha wara li spiċċa f’qiegħ ta’ sodda.

Renner sofra minn ‘blunt chest trauma’ u ġrieħi ortopediċi waqt li kien qiegħed inaddaf il-borra minn quddiem daru f’Nevada.

Waqt li spjega dwar kemm kienet diffiċli għall-familja biex jaċċettaw il-qalba fl-istil ta’ ħajja, anke minħabba li għamel erbat ijiem f’qagħda kritika, l-attur spjega dwar kif kibret l-imħabba ta’ bejniethom.

“Dawn it-30 għadma jew iktar se jagħqdu, jissaħħu u l-istess se jiġri bl-imħabba u l-għaqda fil-familja tagħna flimkien ma’ sħabna li kienu hemm għalina f’dan l-episodju ikrah”, kiteb l-attur.

Ħafna ċelebritajiet kitbu messaġġi ta’ kuraġġ lill-attur b’turija ta’ rispett fosthom dawk minn Marvel, Chris Hemsworth u Chris Evans. 

Sport