Tuesday, April 16, 2024

“F’idejn il-ġenituri … il-pariri imma huma li anke t-tfal żgħar jitlaqqmu kontra l-Covid-19”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għal ħafna ġenituri  li għandhom tfal żgħar fl-aħħar jiem kienu f’dilemma. Dan minħabba l-fatt li kienu xettiċi jekk għandhomx jagħtu it-tilqima lit-tfal żgħar tagħhom. Dan is-sit, anki quddiem dak li tħabbar minn pedjatra magħrufa bħal dak Taljan Italo Farnetani – li ħeġġeġ lill-ġenituri kollha biex ilaqqmu lil uliedhom żgħar kontra l-Covid19, tkellmet ma’ diversi tobba. It-tobba, waqt li enfasizzaw li d-deċiżjoni jekk ilaqqmux lil uliedhom hi f’idejn il-ġenituri, spjegaw li huma jemmnu li la hemm it-tilqima ikun għaqli li l-ġenituri ilaqqmu lil uliedhom żgħar ta’ ben sitt xhur u erba’ snin.

Tabib li tkellem ma’ dan is-sit qalilna li “l-parir tagħna hu li t-tilqima jeħduha. Bħala tobba nafu bil-benefiċċji tat-tilqim u għalhekk il-parir hu li anke t-tfal għandhom jeħduha”.

Ta’ min jgħid li fl-ewwel jiem tas-sena kien tħabbar li issa trabi ta’ sitt xhur sa erba’ snin jistgħu jibdew jieħdu t-tilqima tal-Covid-19. Kien intqal li l-programm tat-tilqim għat-trabi bejn sitt xhur u erba’ snin se jingħataw fuq tliet dożi. It-tieni doża se tingħata wara tliet xhur filwaqt li t-tielet doża se tingħata wara tmien ġimgħat wara t-tieni doża. Tfal bejn ħames snin u ħdax-il sena se jkunu jistgħu jieħdu l-booster tal-Covid19 basta jkunu ilhom sitt xhur li ħadu l-ewwel doża tal-Covid19.

Waqt il-konferenza Gauci qalet li issa t-tilqim huwa aktar miftuħ għan-nies. Saħqet li t-tfal jistgħu jmorru jieħdu t-tilqima bejn is-2.30pm sas 6.30pm. Dan jista’ jsir fil-Furjana kull nhar ta’ Ħamis, il-Mosta kull nhar ta’ Tlieta u Raħal il-Ġdid u x-Xewkija Għawdex kull nhar ta’ Erbgħa. Fl-Italja kien il-pedjatra Italo Farnetani, li mingħajr tlaqlieq, ta l-parir lill-ġenituri kollha biex ilaqqmu lil uliedhom ta’ inqas minn ħames snin kontra l-Covid19. Din id-dikjarazzjoni ma naqsitx li ġġib kontroversja magħha.

Irid jingħad li diversi postijiet fosthom l-Urugwaj, il-Costarica, u d-Danimarka issospendew it-tilwima kontra l-Covid19 fost tfal żgħar waqt li f’pajjiżi oħra jiskoraġixxuha. Fin-Norveġja, l-Iżlanda u l-Irlanda, eskludew it-tfal mit-tilqim kontra l-Covid19.

Ekonomija

Sport