Wednesday, December 25, 2024

Il-PM Spanjol jordna 10,000 suldat u pulizija biex imorru lejn Valencia

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Spanjol ordna biex 5,000 suldat u 5,000 uffiċjal tal-pulizija jmorru lejn ir-reġjun ta’ Valencia biex jgħinu lir-residenti u lill-awtoritajiet tal-post minħabba l-għargħar li seħħ fl-aħħar jiem.

S’issa kien hemm 211 persuna li tilfu ħajjithom, iżda dan in-numru mistenni li jkompli jiżdied hekk kif hemm għadd ta’ persuni għadhom maqbudin taħt it-tifrik fosthom karozzi li nġarru mal-ilmijiet.

Kien nhar it-Tnejn li għadda meta fir-reġjun bdiet xita qalila li kissret u qerdet diversi postijiet fosthom pontijiet. Ħafna mill-villaġġi spiċċaw taħt it-tajn li nġarr u konsegwenza ta’ dan ħafna djar spiċċaw meqrudin.

L-awtoritajiet tal-pajjiż qegħdin jitolbu biex jingħataw ikel u xorb u anke mediċina għall-anzjani.

Ekonomija

Sport