Sunday, December 15, 2024

Il-PN irid jitfa’ omm ta’ żewġt itfal il-ħabs… għax inzertat mara ta’ Ministru

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Il-fazzjoni estrema tal-Partit Nazzjonalista tramite Dr. Jason Azzopardi trid tixħet omm ta’ żewġt itfal żgħar il-ħabs, għax inzertat mara ta’ Ministru.” Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-mezzi soċjali b’referenza għall-istorja ppubblikata dalgħodu dwar il-mara tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Il-Prim Ministru kiteb li “jaħlef falz li għamlet xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol ma’ Awtorità tal-Gvern. Ta’ giddieb li hu, ma jgħidx li meta għamlet dan ix-xogħol, dan jew kien barra mis-siegħat tax-xogħol tagħha, jew ħadet il-leave mil-leave statutorju tagħha, u kienet awtorizzata mis-superjur tagħha.

Mill-2013 il-Partit Laburista rraġuna li jħalli dawn it-tip t’attakki kattivi u bla bażi għaddejjin u ma jiqfilhomx bis-saħħa. Żball. Il-linja issa nqabżet kompletament u m’hiniex ser nippermetti lil ebda Partit Nazzjonalista u min jikkonfoffa miegħu li jabbużaw aktar mill-Inkjesti Maġisterjali u jgħaddu nies mil-kalvarju ta’ proċeduri ġudizzjarji għalxejn.

Għax immexxi mis-sewwa, la qatt bżajt, u lanqas qatt ma se nibża’ mill-forzi tad-dlam. U jekk dawn il-forzi jaħsbu li se jkissru Ministru u lill-familtu inġustament, jafu li jridu jgħaddu minn fuqi l-ewwel, u minn dik il-battalja, jafu diġà min se jirbaħ u min se jitlef.”

Dr Abela qal li talab lill-Ministru ħall-Ġustizzja biex jiffinalizza r-riforma tal-Inkjesti Maġisterjali minnufih ħalli dan l-abbuż jinqata’ darba għal dejjem.

Il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista “Il-Mument” dalgħodu u aktar tard qalhom Jason Azzopardi allegaw li għaddej racket marbut mal-irmiġġi fil-Port tal-Imġarr fejn allegaw li fih hemm imdaħħla l-mara tal-Ministru Camilleri.

Dawn l-akkużi ċaħadhom b’mod qawwi u kategoriku l-Ministru Clint Camilleri li fisser l-akkużi bħala insinwinazzjonijiet.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport