Friday, May 17, 2024

Il-PN jgħid li huwa Partit magħqud, mimli enerġija u talent

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa Partit magħqud, mimli enerġija u talent, lest biex jgħaqqad pajjiż biex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

Fi stqarrija l-PN qal: “Robert Abela, ftit jiem wara li rema lill-kandidati tal-ħames distrett minħabba l-piki personali tiegħu, qed jipprova jara ma xhiex se jaqbad biex idawwar l-attenzjoni minn fuqu.”

Il-PN qal li l-Partit Laburista se jkompli jiffoka fuq il-passat minflok il-futur. 

Temm jgħid li għall-kuntrarju tagħhom, “min-naħa l-oħra għandna Gvern Laburista li dgħajjef l-ekonomija billi pproteġa l-kriminali fi ħdan il-partit tiegħu.”

Sport