Tuesday, April 30, 2024

Il-PN jgħid li l-gvern mhux jindirizza l-problemi fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Gvern mhux qiegħed jagħti każ il-problemi kbar li jeżistu fl-Isptar Mater Dei u li għal dan in-nuqqas qegħdin ikollhom iħallsu l-anzjani.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li ilu diversi xhur jwissi lill-Gvern li n-nuqqas ta’ azzjoni biex isolvi l-problema ta’ nuqqas ta’ infermieri fl-isptarijiet tagħna qed twassal biex l-anzjani li jidħlu f’Mater Dei qed jintbagħtu d-dar, anke jekk ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom jew ikollhom bżonn ta’ kura aktar speċjalizzata.

Il-Partit Nazzjonalista allega wkoll li hemm saħansitra anzjani li qed jintbagħtu d-dar kontra l-volonta tagħhom u anke jinħarġu mill-pulizija.

L-istqarrija tkompli biex tgħid li l-gvern huwa insensittiv u li filwaqt li mhux jiċħad dak li qed jingħad mill-istess Partit Nazzjonalista, l-unions, l-anzjani u anke l-familjari, għadu ma ħax azzjoni biex isolvi din is-sitwazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li hu se jibqa’ vuċi għall-anzjani kollha u se jibqa’ jesiġi li l-anzjani jkunu trattati b’dinjità u jingħataw l-aqwa kura.

Sport