“Illejla, il-poplu Amerikan bagħat messaġġ ċar — irid politika li tgħaqqad lin-nies minflok tifridhom, u mexxejja li joffru soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi li qed jiffaċċjaw.” Hekk kiteb l-eks President tal-Istati Uniti Barack Obama ftit tal-ħin wara li bdew ħerġin ir-riżultati tal-elezzjonijiet li ħafna qisuhom bħala test għal Trump.
“Dawn ir-riżultati kienu possibbli biss grazzi għall-kandidati eċċellenti li ressqu isimhom f’kull reġjun tal-pajjiż — inklużi f’żoni li darba kienu meqjusa bħala diffiċli ħafna biex jintrebħu. Huma kienu ġejjin minn sfondi differenti u rrappreżentaw firxa ta’ perspettivi politiċi, iżda kienu magħquda minn valuri komuni, twemmin fis-servizz pubbliku u impenn li jqiegħdu l-ewwel u qabel kollox lill-poplu tad-distretti u tal-istati tagħhom,” kompla jikteb Obama
Hu rringrazzja wkoll lill-eluf ta’ uffiċjali elettorali u voluntiera miż-żewġ partiti li għenu biex l-elezzjoni timxi bla xkiel u wettqu waħda mill-aktar funzjonijiet essenzjali tad-demokrazija tagħna.
“Għalkemm din l-amministrazzjoni għad fadlilha sentejn oħra fil-kariga, issa d-dmir tagħna huwa li nħejju ruħna għall-ħidma, nagħmlu l-bidliet kull fejn għandna s-setgħa li nagħmluhom, nipprevjenu aktar ħsara u nibnu s-sisien għall-futur,” temm jikteb l-eks President tal-Istati Uniti Barack Obama.




