Il-President George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam jinsabu Londra għall-Funeral Statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II.
Il-President ta’ Malta, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħallaew Malta lbieraħ biex jattendu għall-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II li se jsir għada.
Fi stqarrija qasira, il-President qal li llum, sellmu l-memorja tagħha u ffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi f’Lancaster House.