Thursday, April 24, 2025

Il-Prim Ministru Robert Abela jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi tal-Papa Franġisku

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi wara t-telfa tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Huwa għamel dan fin-Nunzjatura Appostolika, fejn kien milqugħ fost oħrajn min-Nunzju Appostoliku Mons. Savio Hon Tai-Fai SDB. Il-Prim Ministru ta l-kondoljanzi lill-Istat tal-Vatikan.

Fil-messaġġ tiegħu, Dr Abela sellem lil Papa Franġisku u rrimarka fuq il-ħidma importanti li wettaq favur dawk l-aktar vulnerabbli u favur il-paċi.

Nhar is-Sibt li ġej, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jattendi għall-funeral tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport