Sunday, December 22, 2024

Il-Prim Ministru tal-Islovakkja ma jinsabx fil-periklu tal-mewt minkejja li sparawlu

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru Slovakk, Tomas Taraba pprovda serħan il-moħħ li l-Prim Ministru tal-pajjiż sejgħix u li mhuwiex fl-periklu tal-mewt. Dan hekk kif ilbieraħ qam kaos kbir, hekk kif seħħ attentat ta’ qtil fuq il-Prim Ministru Robert Fico.

F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, Taraba qal li fortunatament l-operazzjoni immedjata li saret fuq il-Prim Ministru marret tajjeb ħafna. Huwa spejga wkoll li l-Prim Ministru rnexxielu jsalva grazzi għar-rispons immedjat u għal-fatt li n-nies li kellu miegħu wassluh lejn l-Isptar fl-iqsar ħin possibli.

L-attentat ta’ qtil fuq il-Prim Ministru Robert Fico kien ta’ xokk kbir madwar l-pajjiż. L-inċident seħħ wara laqgħa tal-gvern fil-belt ċentrali Slovakka ta’ Handlova. Huwa mifhum li s-suspettat, li huwa raġel kien armat fost il-folla żgħira li kienu qed jistennew lill-Prim Ministru barra ċ-ċentru kulturali fejn saret il-laqgħa.

Il-Ministru tad-Difiża, Robert Kalinak u l-Ministru tal-Intern, Matus Sutaj Estok ikkundannaw dan l-attakk u qalu li jemmnu li dan kien seħħ bħala motiv politiku. Minkejja s-severità tas-sitwazzjoni, id-Deputat Prim Ministru Taraba enfasizza li l-operazzjoni kienet ta’ suċċess.

Il-President Slovakk Zuzana Caputova ħeġġet lill-pubbliku biex jistenna għal aktar informazzjoni mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Caputova kkundannat l-attakk u qal li dan kien wieħed “brutali u imprudenti” fuq id-demokrazija.

Ekonomija

Sport