Wednesday, July 24, 2024

Il-Puliziija għaddeјјa b’investigazzјoni wara li seħħet sparatura fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi 

Aqra wkoll

Il-Puliziјa bħalissa tinsab għaddeјјa b’investigazzјoni hekk kif kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:00a.m seħħet sparatura fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi, fejn jirriżulta li ġew sparati għadd ta’ tiri.

Kelliem għall-Puliziјa kkonferma ma’ dan is-sit li fortunatament ħadd ma’ weġġa’. Ftit tal-ħin ilu, fuq il-post kien hemm taqsimiet tal-Pulizija, inkluż dawk tal-Forensika, biex jiddeterminaw x’wassal għall-isparatura.

Fuq il-post ġiet irmunkata vettura tal-għamla Land Rover, li ġiet elevata mit-taqsima tal-Forensika tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni, hekk kif intlaqtet mit-tiri sparati.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Sciberras.

Aktar dettalјi fil-ħin li ġeј.

Ekonomija

Sport