Friday, April 26, 2024

Il-Pulizija tikkonferma li l-vittma tal-omiċidju ta’ San Ġiljan huwa ta’ nazzjonalità Ingliża

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, il-Pulizija arrestat tlett irġiel Rumeni ta’ 31, 32 u 35 sena rispettivament, li huma suspettati bl-involviment fl-omiċidju li seħħ ilbieraħ waranofsinhar f’San Ġiljan. 

It-tliet persuni qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana għal aktar stħarriġ. 

Mill-investigazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta wkoll li l-vittma huwa ta’ nazzjonalità Ingliża però residenti r-Rumanija. 

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport