Tuesday, May 14, 2024

Il-Pulizija tinvestiga serqa minn ħanut f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet il-Ħamis filgħaxija minn ħanut f’Ħaż-Żebbuġ u li fiha weġġa’ wkoll impjegat. Kien għall-ħabta tas-7.00 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Vjal il-Ħelsien. 

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm kaxxier, raġel ta’ 20 sena residenti Birkirkara. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq xi oġġetti mill-ħanut.

Il-kaxxier ittieħed iċ-ċentru tas-saħħa fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.

Sport