Sunday, November 24, 2024

Il-Pulizija tirċievi rapport mingħand il-vittmi b’rabta mal-allegat ġlieda bejn tfajliet fil-binja tal-Mcast

Aqra wkoll

Wara li ftit tal-jiem ilu ttellgħu filmati onlajn ta’ bosta ġuvintur u tfajliet jiġġieldu, kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit li l-Pulizija rċeviet rapport mingħand l-vittmi li qalgħu xebgħa mingħand tfajliet oħra fi ġlieda li seħħet bejniethom matul il-jum tal-Erbgħa fil-binja tal-Mcast. 

Il-kelliem għall-Pulizija qal li l-Pulizija bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. 

Aktar kmieni llum, fi stqarrija li ħareġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, ikkundanna bil-qawwa dak li deher bħala inċident ikrah ta’ bullying, fejn tfajla ġiet imsawta minn grupp ta’ tfajliet oħra fil-Belt Valletta.

L-Uffiċju tal-Kummissarju qal li t-tfal u l-adoloxxenti għandhom id-dritt li jiġu protetti minn kull tip ta’ periklu u għalhekk talab l-intervent tal-awtoritajiet kollha sabiex tittieħed azzjoni xierqa u l-vittma tingħata l-għajnuna kollha neċessarja.

Sport