Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma sentenza ta’ raġel li nsab ħati li darab persuna f’Paceville

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell, ikkonfermat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn kif ukoll multa ta’ €260 fil-konfront ta’ Dylan Mc Kay wara li kien instab ħati li weġġa’ gravi raġel fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville.

Il-każ kien seħħ fit-2 ta’ Novembru għall-ħabta tat-3.30am. Mill-provi kien irriżulta li Dylan gara tazza tal-ħġieġ lill-vittma x’ħin kien sejjer jaqdi l-bżonnijiet tiegħu, bil-konsegwenza li l-vittma kellu xi ġrieħuf’rasu. Il-vittma kellu jittieħed l-Isptar u sarulu xi punti minħabba l-ġrieħi. 

Min-naħa tiegħu, l-akkużat ilmenta, li hu ma kienx l-agressur  u sostna li dan minħġabba li l-vittma ma rahx igara t-tazza. Argumenta, li fl-istabbiliment ma kienx hemm hu biss u li l-vittma għoġbu jindika lilu.

Il-Qorti tal-Appell qalet li kien kienet qed issibha diffiċli biex temmen lil Dylan. Għaldaqstant hija ċaħdet it-talba tiegħu u kkonfermat l-ewwel sentenza.

Ekonomija

Sport