Saturday, December 21, 2024

Il-Qorti tiċħad il-mandat ta’ inibizzjoni li l-PN għamel fil-Qorti kontra l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir

Aqra wkoll


Il-Partit Nazzjonalista tilef il-mandat ta’ inibizzjoni li għamel fil-Qorti kontra l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir. F’dan il-mandat il-PN talab biex jitwaqqfu x-xandiriet kollha ta’ reklamar b’rabta mal-Budget tas-sena d-dieħla.

Dan il-mandat ġie miċħud mill-Qorti hekk kif l-Imħallef Miriam Hayman ma aċċettax l-argumenti li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Qorti.

Wara ftit jiem li nqara l-Budget, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-eks Segretarju Ġenerali Pawlu Borg Olivier ressaq mandat ta’ inibizzjoni biex il-PBS jieqaf ixandar reklamar tal-Gvern li jinforma dwar il-Budget għas-sena d-dieħla.

L-Imħallef fis-sentenza tagħha qalet li “diffiċli tofroq Budget u kull riklam tiegħu, anke jekk huwa edukattiv, mil-lat politiku marbut miegħu.” Hija kompliet tgħid li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern mexa bl-istess mod u rreklama l-Budget li jkun ippreżenta.

Il-Qorti qalet li mhux biżejjed li l-Partit Nazzjonalista juri li hu mdejjaq b’dak li ġara iżda jinħtieġ ukoll juri kemm fuq il-miżien ta’ proporzjonalità l-iżbilanċ lejh huwa mweri.

Minbarra li ċaħdet il-mandat li sar, ordnat lill-PN biex iħallas l-ispejjeż tal-Qorti. L-Imħallef rrevokat ukoll id-deċiżjonijiet li permezz tagħha kien intlaqa’ b’mod proviżorju dan l-istess mandat ta’ inibizzjoni.

Ekonomija

Sport