Thursday, December 26, 2024

Il-Qorti tikkonferma sentenza ta’ sena u sitt xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li seraq flus mingħand sieħbu

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ sena u sitt xhur priġunerija għal raġel ta’ 51 sena li nstab ħati li seraq xi flus mingħand ħabib tiegħu.Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ imur lura għall-2002.

Ingħad ukoll lisitt snin ilu, il-Qorti sabitu ħati li seraq ammont sostanzjali ta’ flus minn ġo maħżen f’Tas-Sliema. Huwa kien instab ħati wkoll li kiser sentenza ta’ probation u li għamel ħsara lil ħaddieħor.

Minkejja li kien instab ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, l-akkużat, Robert Borg kien appella mis-sentenza, fejn argumenta li waqt li kien qiegħed jitressaq il-Qorti biex ikompli l-każ, hu ma kellux avukat.

Dak li qal Borg ġie miċħud mill-Qorti tal-Appell, bir-raġuni li meta tressaq il-Qorti kienet innutat li l-akkużat ma kellux avukat u għalhekk l-Qorti għamlet ċert li tagħtih l-għajnuna legali li kien meħtieġ.

Fil-Qorti, ġie spjegat kif l-akkużat kien ikun fil-maħżen ta’ ħabib tiegħu fejn kien iżomm id-detergents. Ingħad ukoll li dan kien iqatta’ xi ħin hemm jixrob ma’ sieħbu.Mix-xhieda ħarġe ukoll li l-istess sieħeb tal-akkużat, kien iżomm żewġ fliexken tal-plastik biex fihom iġemma xi flus.

Fost ix-xhieda li xehdu fl-ewwel smigħ tal-Qorti, xehed sid il-maħżen, fejn spjega kif darba l-akkużatkien semmielu dawn il-fliexken. Qal li fil-lejl ta’ bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-1 t’Ottubru, 2002 kien hemm sgass fil-maħżen u li ħsiebu mar mal-ewwel fuq l-imputat. Intqal li kien hemm persuna li għarfet lir-raġel ħiereġ mill-maħżen għall-ħabta tas-1am u li l-imputat mar f’ħanut il-Ħamrun u hemm sarraf xi muniti.

Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, innotat kif l-Ewwel Qorti qieset ix-xhieda kollha u emmnet il-verżjoni tagħhom. Qalet li l-Ewwel Qorti imponiet piena li taqa’ fil-parametri tal-liġi u għaldaqstant ċaħdet l-appell ta’ Borg.

Ekonomija

Sport