Sunday, December 22, 2024

“Il-vetturi ta’ CleanMalta għaddew eżattament mal-aħħar karru”

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li faħħru lid-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tindif hekk kif eżattament wara li spiċċaw l-ewwel karrijiet li kkumplimentaw il-karnival tas-sajf f’San Pawl il-Baħar, beda minnufih ix-xogħol ta’ tindif.

Il-vetturi tad-Dipartiment, kemm dik kbira u kif ukoll oħra iżgħar dehru saħansitra f’ritratt li ttella’ fuq il-midja fejn għaddew wara l-ambulanzi li segwew l-aħħar karru li għadda minn fost dawk li nġabru biex isegwu l-ispettaklu.

CleanMalta min-naħa tagħha rringrazzjat lill-pubbliku tal-apprezzament tagħha u fakkret li dak li jkun jista’ jagħmel kuntatt mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali  𝐑𝐚𝐦𝐨𝐧 𝐃𝐞𝐠𝐮𝐚𝐫𝐚 fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika fejn tibgħat dirett mill-𝙖𝙥𝙥 𝘾𝙇𝙀𝘼𝙉 𝙖𝙣𝙙 𝙐𝙋𝙆𝙀𝙀𝙋, jinkludu l-𝙥𝙞𝙣 𝙡𝙤𝙘𝙖𝙩𝙞𝙤𝙣 u l-𝘾𝙪𝙨𝙩𝙤𝙢𝙚𝙧 𝘾𝙖𝙧𝙚 𝙐𝙣𝙞𝙩 jinfurmaw lil min hu kkonċernat. https://cleanandupkeep.gov.mt jew ċempel 1718

Ekonomija

Sport