Thursday, April 25, 2024

Il-Viċi President tal-Afghanistan jeħlisha minn attakk b’bomba

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Afghanistan Amrullah Saleh irnexxielu jeħlisha mingħar ġrieħi serji minn attakk b’bomba li l-awtoritajiet qalu li kien intenzjonat għalih.

Inizjalment kelliemi għall-Ministeru għall-Intern, Tariq Arian, qali li żewġ ċittadini kienu nqatlu f’dan l-attakk. Madankollu n-numru tal-vittmi aktar tard tela’ għal 10. Il-Ministeru qal ukoll li mill-inqas 15-il persuna oħra ndarbu f’dan l-attakk.

It-Taliban li qalu li mhux se jkunu qed iwettqu attakki f’żoni urbani taħt ftehim mal-Istati Uniti, qalu li huma ma kinux wara l-attakk.

F’filmat ippubblikat fuq Facebook ftit wara l-isplużjoni, Saleh – b’faxex ma’ idu x-xellugija – qal li kien fi triqtu għall-uffiċċju tiegħu meta l-konvoj tiegħu safa attakkat.

Tenna li fil-mument tal-attakk flimkien miegħu kien hemm ukoll ibnu. Huwa kkonferma li ibnu wkoll ma narabx f’dan l-attakk.

Sport