Friday, April 19, 2024

L-akbar kamp ta’ refuġjati fl-Ewropa “jinqered għal kollox” minn nirien

Aqra wkoll

L-akbar kamp ta’ immigranti fl-Ewropa – Moria – inqered għal kollox wara li nħakem minn nirien qawwijin. Il-kamp ta’ refuġjati jinsab fuq il-gżira Griega ta’ Lesbos.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom qed jipprovaw jikkontrollaw in-nirien li bdew matul dan il-lejl. Fil-kamp jgħixu mat-13,000 persuna, aktar minn sitt darbiet il-kapaċità massima tiegħu ta’ 2,200 persuna.

Ma kien hemm l-ebda rapport ta’ persuni li ndarbu fin-nirien, bl-awtoritajiet jgħidu li għadhom qed janalizzaw il-ħsarat li saru lill-kamp. F’kummenti li ta lill-istazzjon Grieg “Mega, il-forografu George Moutafis qal li l-kamp inqered għal kollox. Għadu mhux magħruf xi kkaġuna n-nirien.

Sport