Tuesday, December 24, 2024

Il-vjolenza domestika prevalenti f’pajjiżna

268 tfal qed jingħataw għajnuna mid-Direttorat għal Ħarsien tat-Tfal

Aqra wkoll

Il-vjolenza domestika f’pajjiżna ma tagħraf ebda limitu. Qed tolqot persuni ta’ kull età u ta’ kull ġeneru. Agħar minhekk iżda huwa l-fatt li qed ikun hemm saħansitra anki tfal esposti għall-vjolenza fil-post fejn jgħixu. Tant li bħalissa hemm madwar 268 tfal li qed jingħataw xi forma ta’ għajnuna mid-Direttorat għal Ħarsien tat-Tfal u s-Servizzi tal-Qrati.

Statistika mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Dr Michael Falzon, tixhed kemm il-vjolenza domestika għadha prevalenti b’qawwa fis-soċjetà Maltija.

Mill-istess statistika jirriżulta illi l-għadd tal-każijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena sabu għajnuna mid-Domestic Violence Unit laħħaq l-2324 li 36 minnhom kienu każi li seħħew f’Għawdex. Jidher ukoll li l-iktar vittmi huma nisa.

L-aktar li kienu aggravati mill-vjolenza domestika kienu persuni fl-età bejn it-18 u d-59 sena li ammontaw għal 1931. Fl-istess waqt kien hemm ukoll 386 każ ta’ persuni anzjani fl-età ta’ 60 sena jew aktar.

Minbarra dawn il-każi l-istess statistika tindika wkoll il-figura ta’ 610, nisa u rġiel, li magħhom saret valutazzjoni tar-riskju li setgħu kienu qed jgħixu fih.

Ekonomija

Sport