Tuesday, April 1, 2025

Illum issir ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien

Aqra wkoll

Meta llum issir ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien, il-holders Bormla jimmiraw li jirbħu x-Shield għall-15-il darba fl-istora tal-club. Min-naħa ta’ Kategorija B, Kalkara u Birgu rebħu x-Shield f’dik preċedenti biex żammewha sitt xhur kull wieħed. Il-Bormiliżi mistennija li jkollhom sfida mill-Birgu u mill-Isla. 

Infatti fir-Regatta tas-sena li għaddiet Bormla rebħu x-Shield b’żewġ punti fuq il-Birgu u 12-il punt fuq l-Isla. Bormla rebħu l-ewwel tliet tiġrijiet, bil-Ġirbin jirbħu l-aħħar tnejn. F’Kategorija B, il-Kalkara u l-Birgu kisbu 48 punt kull wieħed, hekk kif rebħu żewġ tiġrijiet kull wieħed, bl-oħra tkun mirbuħa minn Bormla. Intant, il-clubs li se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni huma: Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siggiewi. 

Se jkun hemm ħames tiġrijiet f’kull kategorija u qabel dan il-programm se ssir tiġrija tal-Frejgatini tan-nisa. It-tiġrijiet fl-ordni huma: Dgħajjes tal-Midalji; Frejgatini; Tal-Pass ta’ Bi Tnejn; Kajjikki; Tal-Pass B’Erba’ Mqadef. Din ir-Regatta se ssir fil-Port il-Kbir u l-programm jibda fin-12.30 pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport