Friday, June 21, 2024

Sindki kkonfermati u oħrajn ġodda f’diversi lokalitajiet

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Fgura ukoll intrebħet mill-Partit Laburista, bis-sindku l-ġdid se jkun Clayton Cascun Portelli, li fil-leġiżlatura li għaddiet serva bħala viċi-sindku.

Bħal Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar se jkun mmexxi mill-Partit Laburista,b’Jorge se jservi bħala sindku għal darb’oħra.

Għal darb’ oħra, Raħal Ġdid se jkun qed jitmexxa b’maġġoranza Laburista, bis-sidnku elett huwa Jason Silvio, flimkien ma’ sebgħa kunsillieri oħra

Jason Silvio ġie elett Sindku, filwaqt li dan il-Kunsill Lokali jgħodd 7 Kunsilliera.

Il-Partit Nazzjonalista jieħu t-tmexxija tal-lokalità ta’ San Ġwann.

AKTAR KMIENI: Ħal Għaxaq intrebaħ mill-Partit Laburista fejn Karl Boxall ġie elett bħala s-Sindku l-ġdid.

Ix-Xagħra wkoll se jkun hemm Sindku ġdid fejn għal 5 snin li ġejjin ġie Elett Victor Curmi. Qabel kien iservi fl-istess kunsill bħala kunsillier.

Il-Partit Laburista rebaħ ukoll il-lokalità ta’ Bormla, iżda għall-ewwel darba fl-istorja l-ebda kandidat tal-PN ma ġie elett. Marco Agius se jkun is-Sindku l-ġdid ta’ Bormla.

Ir-Rabat Malta se jkun imexxi wkoll mill-Partit Laburista fejn Sandro Craus se jkun is-Sindku għal 5 snin li ġejjin.

Gianluca Falzon ġie elett Sindku ta’ Santa Venera fejn din il-lokalità wkoll intrebħet mill-Partit Laburista.

Aktar kmieni: Hekk kif bdew ħerġin aktar riżultati, jidher li għal darb’oħra l-lokalità tax-Xagħra Għawdex ntrebħet mill-Partit Laburista.

Il-Kalkara wkoll intrebħa mill-Partit Laburista fejn Wayne Aquilina ġie kkonfermat bħala Sindku.

Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid rebħa r-Rabat Għawdex fejn Brian Azzopardi se jkun is-Sindku l-ġdid.

Il-Kunsill Lokali f’Tal-Pietà, għal darb’ oħra, se jkun qed jitmexxa minn maġġoranza Laburista fejn Stefano Savo ġie elett bħala Sindku.

Intant Romeo Baldacchino se jkun is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Gudja, wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti f’din il-lokalità u din ukoll intrebeħt mill-Partit Laburista.

Aktar kmieni: Għal darb’ oħra, s-Sannat Għawdex, reġa’ ta maġġoranza lill-kandidati f’isem il-Partit Laburista, biex b’hekk inkisbet maġġoranza mill-PL fil-Kunsill Lokali.

Dan wara l-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju, li t-turnout għaliha kien ta’ 66.97%.

Aktar dettlaјi mal-ħin

Ftit tal-minuti ilu bdew jintwerew il-voti lill-aġenti tal-partiti u anke lill-kandidati nfushom. Dan il-proċess jidher li qed jimxi b’ritmu mgħaġġel.

Minn issa ‘l quddiem jibda jkollna l-ewwel riżultati fosthom dawk tal-iżgħar lokalitajiet. Dan hekk kif jintwerew il-voti kollha jibdew jiġu skenjati u ftit tal-minuti wara jkollna l-ewwel riżultati.

Il-voti dubjużi jew li huma ċari li ġew imħassrin qegħdin jitwarbu mill-bqija tal-voti validi.

Aktar kmieni: Propju għad-daqq tas-2.00pm bdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti ta’ kull lokalità. L-ewwel fażi hi jibdew jinfetħu l-kaxxi tal-21 lokalità u jitpoġġew wiċċhom ‘l isfel mifruxin fuq 13-il mejda.

Għall-ħabta tal-4.00pm jibda t-tieni parti tal-proċess fejn jibda l-wiri tal-voti.

Aktar kmieni: Fis-Sala tal-għadd tal-Voti qegħdin jinġabru diversi aġenti tal-partiti kif ukoll il-kandidati nfushom biex ikunu jistgħu jsegwu dak li se jkun qiegħed jiġri fil-ħin li ġej.

Jekk kollox jimxi bħal bieraħ, għall-ħabta tal-4.00pm jibdew jintwerew il-voti u ftit tal-ħin wara jkollna l-ewwel indikazzjoni fejn marru l-kunsilli u liema kandidati ġew eletti.

L-ewwel Kunsilli li mistennija li jingħalqu huma l-Għarb, Sannat segwiti minn kunsilli ftit akbar.

Aktar kmieni: Għall-ħabta tas-2.00pm, is-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar illum terġa’ tieħu l-ħajja wara li nhar il-Ħadd sar l-għadd tal-voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u lbieraħ kien hemm ukoll l-għadd ta’ 23 lokalità, fejn ġew eletta kunsillieri ġodda.

Il-lokalitajiet li fihom illum se jsir l-għadd tal-voti huma: Birkirkara, Bormla, il-Fgura, l-Għarb, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Lija, Marsaskala, Marsaxlokk, l-Imġarr, l-Imsida, Raħal Ġdid, Tal-Pietà, ir-Rabat Malta, ir-Rabat Għawdex, San Ġwann, Sannat, Tas-Sliema, ix-Xagħra u Ħaż-Żabbar.

Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna b’mod kontinwu dak li jkun għaddej fis-Sala tal-Għadd tal-voti kif ukoll se nkunu qegħdin inwasslu l-aħħar riżultati u l-kandidati li jkunu ġew eletti.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport