Wednesday, July 24, 2024

Illum jingħata bidu għat-23 ġurnata tal-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

Illum jingħata bidu għat-23 ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier fejn Santa Lucia jiltaqgħu kontra Marsaxlokk liema partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium, fis-6.30 pm.

F’din id-dritta finali, rebħa hija vitali għaż-żewġ timijiet  – Marsaxlokk biex itemmu fir-raba’ post li jista’ jfisser post fil-UEFA Conference League u b’hekk jiskontaw is-sena sospensjoni mill-Ewropa, filwaqt li l-Luċjani jagħmlu pass kbir lejn is-salvazzjoni.

Filwaqt li huma se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli fejn jirritorna Aleksa Mrdja minn sospensjoni, ix-Xlukkajri għandhom lil Jake Ghio u Samuel Cassar sospiżi iżda jirritorna Jose Fernando Junior.

Ekonomija

Sport