Illum għall-ħabta tan-12.30pm, Lorin Scicluna se jkun qiegħed jingħata s-sentenza wara li f’ġuri nstab ħati li kkawġuna ġrieħi gravi fuq immigranti fl-2019.
Fil-jiem li għaddew Scicluna għadda ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Lassine Cisse Souleymane, iżda hu ġie lliberat minn kull akkuża hekk kif il-verdett tal-ġurati kien ta’ 8 voti kontra 1.
Iżda fl-istess ġuri hu kien qiegħed jiġi akkużat li kkawża feriti ta’ natura gravi fuq May Malimi u li għamel użu minn vettura mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni, li fuq dawn instab ħati.
Huwa lanqas ma nstab ħati għall-attentat ta’ qtil ta’ tliet immigranti oħrajn, Ibrahim Bah u Mohammed Jallow li wkoll kienu sofrew ġrieħi fl-istess każ. Dan flimkien mal-attentat ta’ qtil ta’ May Malimi li kien tħalla minxur mal-art wara li ttajjar minn karozza.
L-Imħallef Natasha Galea Sciberras mistennija tagħti s-sentenza finali lil Lorin Scicluna, b’rapporti fil-midja jgħidu li Scicluna jista’ jeħel sa massimu ta’ disa’ snin ħabs.
