Illum Malta tfakkar tliet rebħiet importanti fl-istorja tagħha.
Bħal-lum fl-1565 il-Kavallieri ta’ Malta kien rebħu l-Assedju l-Kbir fuq l-Imperu Ottoman. Il-Kavallieri kienu rebħu l-Assedju bl-għjanuna tar-Re ta’ Sqallija u anke minn forzi oħrajn Ewropej.
Wara 3 xhur ta’ ġlied kontinwu, it-Torok kienu ħallew il-gżejjer Maltin, iżda kienu għamlu ħerba sħiħa fosthom fil-gżira Għawdxija fejn jingħad li kienu ħallew biss 30 persuna. It-tieni rebħa kienet fl-1800 meta l-Maltin rebħu l-qawwiet Franċiżi wara sentejn ta’ tmexxija.
Imbgħad fl-1943 it-Taljani kienu ċedew waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienu waqfu l-bombardamenti.

