Friday, June 5, 2026

Illum qed jiġi ċċelebrat l-Jum Dinji tal-Ambjent

Aqra wkoll

Illum, il-5 ta’ Ġunju qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Ambjent, jum importanti ddedikat biex jitqajjem aktar għarfien dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-importanza li nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna.

Din l-inizjattiva bdiet mill-United Nations lura għas-sena 972 u kull sena tkun iffukata fuq tema differenti relatata mal-ambjent. Dan il-jum ifakkarna kemm hu importanti li: innaqqsu t-tniġġis, nirriċiklaw aktar, nieħdu ħsieb il-baħar u n-natura, niffrankaw l-ilma u l-enerġija, u nħallu ambjent aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.

F’pajjiżna wkoll, li nħarsu l-ambjent huwa essenzjali immens sabiex inżommu kwalità ta’ ħajja aħjar, inħarsu l-kampanji tagħna u nkomplu nattiraw it-turiżmu b’mod sostenibbli.

Nemmnu li jien, int u kull persuna tista’ tagħmel differenza, anke permezz ta’ affarijiet żgħar ta’ kuljum bħall-użu inqas tal-plastik, b’iktar indafa u aktar rispett lejn in-natura u l-komunità ta’ madwarna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport