Tuesday, September 8, 2026
Home Sport Illum tirritorna l-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League

Illum tirritorna l-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League

0
42

Bejn illum u nhar il-Ħamis, jingħata bidu għall-ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Champions League fejn iċ-champions renjanti, Paris St-Germain jilqgħu lil Slovan Bratislava tas-Slovakkja. 

Il-Pariġini ma tantx bdew l-istaġun tajjeb f’Ligue 1, tant, li jinsabu fl-14-il post tal-klassifika meta minn massimu ta’ 9 punti għandhom tnejn biss … u għadhom qed ifittxu l-ewwel reb­ħa minn tliet partiti.

Barra minn hekk, hemm partiti mill-aktar interessanti.

Real Madrid se jilqgħu lil Inter u filwaqt li dawn tal-aħħar ġejjin minn rebħa drammatika kontra Napoli bl-iskor ta’ 3-2 wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals, il-Madrileni ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Real Be­tis. Barra minn hekk, Kylian Mbappe falla ċans tad-deheb li jikseb id-draw meta, fid-96 minuta, ra l-penalty tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper, Alvaro Valles.

Manchester City jibdew favoriti minkejja li jmorru l-Portugall biex jilagħbu kontra FC Porto.

Huma jinsabu f’forma tajba meta fil-Premier Lea­gue Ingliż, flimkien ma’ Arse­nal, għandhom punti massimi.

Barra minn hekk, huma saħħew l-iskwadra b’għadd ta’ akkwisti ġodda.

Iċ-champions Spanjoli, Bar­celona, f’darhom jaffrontaw lill-Olandiżi ta’ Feyenoord. Huma jinsabu fil-quċċata ta’ La Liga u jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa kbira ta’ 5-0 għand Valencia.

Liverpool jiffaċċjaw lil Atletico Madrid, f’Anfield, f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata.

Ir-Reds għad iridu jisse­tiljaw u se jilagħbu kontra team li ġej minn telfa ta’ 3-0 kontra Athletic fil-kampjonat Spanjol.

Partita mill-aktar interessanti hija bejn Napoli u Arsenal b’dawn tal-aħħar jidhru li se jiddominaw il-Premier League Ingliż u għaldaqstant il-Partenopei jridu jkunu fl-aqwa forma tagħhom jekk iridu joħorġu b’xi ħaġa minn dan il-konfront minkejja li se jkunu qed jilagħbu f’darhom.

Manchester United żgur li m’għandhomx ifallu kontra t-team mill-Azerbaijan, Sabah FK, li jkun qed jagħ­mel id-debutt tiegħu f’din il-kompetizzjoni.

Minkejja li l-bidu tagħ­hom f’dan l-istaġun huwa kemmxejn diżappuntanti xorta waħda għandhom jiddominaw din il-partita.

PROGRAMM KOLLU

Illum

Club Brugge v Aston Villa …..6.45

AEK Athens v LASK Linz …….6.45

Real Madrid v Inter …………..9.00

Borussia D. v Villarreal ………9.00

Porto v Man City …………….. 9.00

Lille v Betis …………………….9.00

Għada

Barcelona v Feyenoord …….. 6.45

Stuttgart v Viking FK ………..6.45

Paris SG v Slovan …………….9.00

Liverpool v Atletico M. ……….9.00

Sporting v Galatasaray ………9.00

Napoli v Arsenal ………………9.00

Il-Ħamis

Fenerbahce v Roma ………….6.45

PSV v Shakhtar D. …………..6.45

Como v Leipzig. ………………9.00

Bayern M. v Bodo Glimt …….9.00

Man Utd v Sabah …………….9.00

Slavia Prague v Lens. ……….9.00

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here