Iktar tard illum waranofsinhar, għall-ħabta tas-2.15 p.m., il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana mistennija jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Matulha se jkunu qegħdin jingħataw dettalji dwar is-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru, AirMalta, u kif se jitmexxew l-affarijiet minn hawn ‘il quddiem.
Il-Prim Ministru Abela, f’intervista li ta lbieraħ assigura li l-pajjiż se jibqa’ jkollu linja nazzjonali. Abela sostna li t-tibdil li se jsir mhux se jaffettwa la lill-passiġġieri u wisq anqas lill-impjegati.
Rapporti fil-midja qalu li l-Gvern se jkun qiegħed jagħlaq il-linja nazzjonali AirMalta u minflok jiftaħ oħra li se jkollha aktar rotot, fost oħrajn.