Wednesday, December 25, 2024

Imfaħħra x-xogħol fis-settur edukattiv, it-twessigħ tat-tax bands u ż-żieda fiċ-ċhildren allowance…

L-MUT u Forum Unions Maltin jilqgħu miżuri mħabbra fil-Budget 2025

Aqra wkoll

B’reazzjoni għall-Budget 2025 tat-Tnejn li għadda, żewġ unjins – il-Malta Union of Teachers (MUT) u l-Forum Union Maltin (For.U.M) – laqgħu l-miżuri mħabbra fosthom ix-xogħol li qiegħed isir fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 u t-twessigħ tat-tax bands rispettivament.

L-MUT esprmiet sodisfazzjojni għall-fatt li fil-Budget issemma’ l-ftehim settorjali bħala wieħed mill-aktar miżuri importanti fis-settur tal-edukazzjoni. Din l-unjin innotat ukoll enfasi fuq il-benesseri, il-programm ta’ bini u manutenzjoni tal-iskejjel, kif ukoll l-importanza li qiegħda tingħata lil-litteraliżmu.

Min-naħa ta’ For.U.M., din il-unjin faħħret il-miżura tat-twessigħ tat-tax bands kif ukoll iż-żieda fiċ-children allowance bħala għajnuna għall-familji u għall-ħaddiema. Din il-unjin, filwaqt li nnotat il-miżura tal-Gvern li jagħti sostenn lill-impjegati li jagħżlu t-tielet pilastru tal-pensjoni, laqgħet l-introduzzjoni ta’ inċentivi għall-impjegati rtirati li jkunu jridu jipprovdu servizz ta’ mentoring fil-linja professjonali tagħhom.

Filwaqt li For.U.M. stennew il-miżura mwegħda ta’ ġranet sick leave għal dawk il-ħaddiema li jieħdu ħsieb persuni li jkunu morda u jiddependu minnhom, hija ddiżappuntata bil-miżura ta’ sena żieda fil-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni għal dawk li twieldu wara l-1976.

Min-naħa tagħha l-MUT stenniet li dan il-Budget jindirizza ż-żieda fil-popolazzjoni tal-iskejjel. Din il-unjin stenniet ukoll miżuri li jistabbilixxu aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-impjegati permezz tar-right to disconnect. Sostniet li dawn kienu fost il-proposti ta’ qabel il-Budget li l-MUT ipppreżentat lill-Gvern.

Ekonomija

Sport