Ritratt: Unionprint (Arkivji)
Aktar kmieni bdew jiċċirkolaw rapporti ta’ protesta paċifika fiċ-Ċentru miftuħ tal-Marsa. Kien għall-ħabta tat-3:30 p.m li l-Pulizija u tim mediku intervjenew bħala prekawzjoni barra miċ-Ċentru. L-immigranti bdew jinstemgħu jagħjtu “freedom”, “Liberte” u “agħtu kasna”.
Intant minkejja li fl-ewwel istanti ta’ din l-għajta ta’ protesta kollox kien qed isir b’mod paċifiku, mal-ħin kienet irrapurtata ħsara ta’ tkissir fl-istess ċentru u mhux eskluż li saru wkoll xi arresti b’rabta ma’ dan il-każ.