Sunday, December 22, 2024

Immultat €5,800 talli tmien snin ilu saq mingħajr liċenzja 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 58 sena ġie immultat €5,800 wara li l-Qorti sabitu ħati li tmien snin ilu nqabad isuq mingħajr liċenzja u mingħajr polza t’assigurazzjoni.

Fil-Qorti, , il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Charlotte Curmi spjegat li l-każ imur lura għal Novembru tal-2016, meta l-akkużat George Frendo, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mini ta’ Ħal Kirkop.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace immultat lil Frendo €1,200 talli nqabad isuq bla liċenzja. Huwa weħel ukoll multa ta’ €4,600 peress li kien mingħajr polza t’assigurazzjoni dwar ir-riskji ta’ terzi persuni.

Minbarra ż-żewġ multi, il-Maġistrat Stafrace skwalifikat lil Frendo mil-liċenzja tas-sewqan għal sena.

Ekonomija

Sport