Wednesday, April 24, 2024

Immultata €2,700 wara li “bi żball” qatgħet sieq b’oħra ta’ anzjan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kirurgu fl-Awstrija kinet immultata €2,700 wara li qatgħet sieq b’oħra ta’ anzjan bil-kundizzjoni tad-dijabete.

L-anzjan ta’ 82 sena spiċċa tilef saqajh it-tnejn minħabba dan l-iżball fi sptar f’Freistadt fit-18 ta’ Mejju li għadda.

Huwa kellu bżonn din l-operazzjoni minħabba kundizzjoni severa ta’ dijabete, iżda it-tobba immarkaw sieq b’oħra meta kienu qegħdin iħejjuh għall-operazzjoni.

L-infermiera damu jumejn biex jindunaw bl-iżball waqt li kienu qegħdin jibdlulu l-faxxa. Kif indunaw bl-iżball huwa kellu jerġa’ jgħaddi mill-istess proċedura fuq is-sieq l-oħra.

L-armla tal-pazjent, li miet qabel beda l-każ tiegħu fil-qorti ngħatat €5,000 għad-danni li sofriet.

Waqt is-smigħ, il-kirurgu ta’ 43 sena ammettiet li “għamlet żball”, iżda ċaħdet “negliġenza” u żiedet tgħid li kien “żball uman”.

Sport